L-attriċi Amerikana Margot Robbie, qed tinsisti li ma tħosshiex iddispjaċuta talli mhix se tkun ikkunsidrata għall-premju li se jingħata lill-aħjar attriċi matul iċ-ċermonja tal-Oscars li se ssir dan ix-xahar fil-belt ta’ Los Angeles.
Robbie kellha l-parti prinċipali fil-film Barbie li kien l-aktar film li mar tajjeb fil-box office minn fost il-produzzjonijiet ċinematografiċi kollha tas-sena li għaddiet — u l-fatt li hi kienet injorata għall-Oscar qajjem ferment kbir fost l-ammiraturi tagħha kif ukoll fost l-akbar ismijiet ta’ Hollywood.
Il-film Barbie għandu tmien nominazzjonijiet għall-Oscar – fosthom għall-aħjar produzzjoni tal-2023 kif ukoll għall-aħjar attur f’parti sekondarja…Premju li mistenni jintrebaħ minn Ryan Gosling, il-ko-star ta’ Margot Robbie f’dan il-film.
Min-naħa tagħha, Robbie, li għenet ukoll fil-produzzjoni ta’ Barbie, qalet li tħossha xxurtjata wara daqstant suċċessi fid-dinja taċ-ċinema – filwaqt li spjegat li l-film partkulari kien intiż biex iħalli impatt għall-kultura ta’ żmenijietna…Hi insistiet ukoll li tħossha partikularment ferħana għas-suċċess ta’ Barbie u għall-fatt li l-film kellu daqstant appell għad-dilettanti taċ-ċinema madwar id-dinja.
//= $special ?>