Ftit tal-ħin ilu l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qablu li tingħata għajnuna ta’ iktar minn €50 biljun għall-Ukrajna.
Dan se jfisser li l-Ukrajna se tirċievi fondi mill-aktar kruċjali, €17-il biljun minnhom għotja u €33 biljun f’self.
Dan il-pass seħħ wara xhur ta’ oppożizzjoni mill-Ungerija dwar dan il-pass. Iżda issa, wara laqgħa li saret fi Brussell, il-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orban ħabbar li se jkunu qed jaqblu ma’ din l-għajnuna.
Il-ftehim intlaħaq wara laqgħat li saru bejn il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen u l-mexxejja ta’ Franza, l-Italja u l-Ġermanja. Dawn id-diskussjonijiet imbagħad inkludew lill-Prim Ministri tal-Olanda, il-Polonja u l-Belġju – fil-preżenza ta’ Charles Michel.
//= $special ?>