F’Molineux Stadium rebħa drammatika ta’ 4-3 għal Manchester United fuq Wolves. Kien Marcus Rashford li poġġa’ lil Man Utd fil-vantaġġ wara ħames minuti qabel kien Rasmus Hojlund li rdoppja għalihom fit-22 minuta. Reazzjoni fit-tieni taqsima minn Wolves, minn penalty ta’ Pablo Sarabia, bi Scott McTominay jagħmilhom 3-1 erba’ minuti wara. Wolves irrispondew b’gowl ta’ Max Kilman fil-85 minuta qabel kien Pedro Neto li fis-96 minuta kiseb id-draw u ħaseb li ta’ punt lil Wolves. Madankollu, minuta wara kien Kobbie Mainoo li b’gowl fir-rokna tax-xibka ta’ tliet punti importanti lil Manchester United.
Fil-London Stadium West Ham u Bournemouth temmew fi draw ta’ 1-1. Kienu Bournemouth li fetħu l-iskor wara tliet minuti permezz ta’ Dominic Solanke. West Ham kisbu d-draw fil-61 minuta minn penalty ta’ James Ward-Prowse.
PREMIER LEAGUE
West Ham v Bournemouth 1-1, Wolves v Manchester United 3-4
//= $special ?>