Għawdex Lokali

Iweġġgħu gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Għawdex

Koppja Franċiża weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Għawdex.

L-inċident seħħ il-Ħamis waranofsinhar għall-ħabta tas-2:30 fi Triq Marsalforn, ix-Xagħra, Għawdex.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza li kienet qed tinstaq minn Franċiż ta’ 44 sena u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Għajnsielem. B’konsegwenza tal-incident vettura li kienet ipparkjata ġarrbet xi ħsarat.

Mal-Franċiż kien hemm ukoll Franċiża ta’ 42 sena.

Il-Franċiżi ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.