Tliet persuni sfaw midruba wara daqqiet ta’ sikkina f’stazzjon tal-ferrovija f’Pariġi. L-attakk, fiċ-ċentru ewlieni tal-ivvjaġġar Gare de Lyon, intemm meta l-pulizija arresta is-suspettat.
Persuna waħda ndarbet serjament wara l-inċident li seħħ għall-ħabta tat-8am ħin lokali. L-aggressur, li l-motivi tiegħu għadhom mhux magħrufa, kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Qiegħed Jingħad li l-aggressur għandu liċenzja tas-sewqan Taljana, skont il-ġurnal Franċiż Le Monde.
Kelliema għal pulizija qalu li s-swali 1 u 3 kienu “temporanjament inaċċessibbli” minħabba intervent mill-pulizija u s-servizzi ta ’emerġenza, b’dewmien bejn Paris Gare de Lyon u Montargis u bejn Paris Gare de Lyon u Montereau.