Futbol Sport

Draw missielet bejn Everton u Tottenham f’Goodison Park

F’Goodison Park draw pjaċevoli ta’ 2-2 bejn Everton u Tottenham. Kienu Tottenham li fetħu l-iskor minn Richarlison fir-raba’ minuta qabel Everton kisbu l-gowl tad-draw fit-30 minuta, meta kien Jack Harrison li rreaġixxa qabel id-difensuri ta’ Tottenham u xeħet fix-xibka. Minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima Tottenham għal darb’oħra fil-vantaġġ b’gowl ieħor tal-Brażiljan Richarlison, għal doppjetta personali għall-eks tal-partita. Minkejja dan, fl-94 minuta Everton kisbu l-gowl tad-draw minn daqqa ta’ ras ta’ Jarrad Branthwaite.

F’St James’ Park partita mimlija gowls hekk kif Newcastle u Luton Town temmew fi draw ta’ 4-4. Newcastle fil-vantaġġ wara seba’ minuti b’gowl ta’ Sean Longstaff, b’Luton jirrispondu b’gowl ta’ Gabriel Osho fil-21 minuta. Żewġ minuti wara Newcastle għal darb’oħra fil-vantaġġ permezz ta’ Sean Longstaff, b’Luton Town għal darb’oħra jiksbu d-draw din id-darba b’gowl ta’ Ross Barkley. Fid-59 minuta Luton għall-ewwel darba fil-vantaġġ minn penalty ta’ Carlton Morris, b’Elijah Adebayo jirdoppjaw tliet minuti wara. Fis-67 minuta b’gowl ta’ Kieran Trippier, biex kien Harvey Barnes li kiseb id-draw fit-73 minuta għal skor finali ta’ 4-4.

Brighton kisbu rebħa ta’ 4-1 fuq Crystal Palace biex saħħew posthom fis-seba’ post tal-klassifika filwaqt li Crystal Palace baqgħu fl-erbatax-il post wara serje ta’ riżultati negattivi. Lewis Dunk fetaħ l-iskor għal Brighton wara 3 minuti b’Jack Hinshelwood u Facundo Buonanotte jagħmlu tnejn u tlieta b’xejn fit-33 u fl-34 minuta rispettivament. Crystal Palace naqqsu d-distakk fil-71 minuta b’gowl ta’ Jean Mateta qabel kien Joao Pedro, li fl-84 minuta għamel l-iskor 4-1.

Aston Villa għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 5-0. Huma temmew l-ewwel taqsima b’vantaġġ ta’ erba’ gowls, b’John McGinn jiftaħ l-iskor fit-12-i lminuta, segwit minn gowls ta’ Ollie Watkins, Leon Bailey u Youri Tielemans. Il-ħames gowl kien skorjat minn Alex Moreno fis-47 minuta.

PREMIER LEAGUE

Illum: Everton v Tottenham 2-2, Brighton v C’Palace 4-1, Burnley v Fulham 2-2, Newcastle v Luton T. 4-4
Sheff Utd. v Aston Villa 0-5
Għada: B’Mouth v Nott. Forest 3.00pm, Chelsea v Wolves 3.00pm, Man Utd v West Ham 3.00pm, Arsenal v Liverpool 5.30pm