Lokali

Il-Partit Nazzjonalista impenjat sabiex kulħadd ikollu edukazzjoni ħolistika

Illum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista flimkien ma’ martu AnneMarie Grech, kellu l-opportunità li jattendi waħda mill-attivitajiet tal-proġett ‘Coffee with Us’ .

Matul din l-attività Bernard Grech kellu l-opportunità li  jitkellem mal-membri ta’ din l-assoċjazzjoni li bħal kulħadd għandhom sfidi u abiltajiet differenti. Hu esprima wkoll il-pjaċir tiegħu li kellu ċ-ċans jisma’ l-ħolm u l-aspirazzjonijiet differenti ta’ dawn il-membri.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żied jgħid li opportunitjaiet bħal dawn iservu mhux biss biex jitqajjem għarfien dwar l-abiltajiet ta’ dawn il-persuni imma anke sabiex huma jkollhom iċ-ċans li jiżviluppaw b’mod ħolistiku.

Il-ħaddiema kollha li kienu qed iservu numru differenti ta’ ikel u xorb waqt din l-attività kienu persuni li għandhom il-kundizzjoni tad-Down Syndrome.

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li l-membri kollha jkunu  preparati għad-dinja tax-xogħol kif ukoll biex min iħaddem ikun jista’ jara biċ-ċar kif dawn il-persuni b’abiltajiet differenti huma kapaċi jaħdmu. Proġett li fuq kollox u wieħed ta’ divertiment għal dawk kollha li jattendu.

Għal din l-attivta jista’ jattendi il-pubbliku kollu, tant li numru ta’ ħbieb ta’ dawk li huma membri f’dan il-grupp għażlu li jattendu, bħal Katrina, tfajla ta’ 18-il sena b’aspirazzjonijiet kbar.

Preżenti għal din l-attività kien hemm wkoll, Graziella Galea x-Shadow Minister għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.

Intant, l-aħħar attività ta’ dan il-proġett se tittella’ fil-25 ta’ Frar u hija miftuħa għall-pubbliku kollu.