Kien propju 29 sena ilu, fit-3 ta’ Frar tal-1995 meta Malta nħasdet bl-aħbar li splużjoni abbord tanker Libjan li kien fit-Tarzna ta’ Malta, sabiex isirlu xi xogħol, ħasdet il-ħajja ta’ disa’ ħaddiema tat-Tarzna.
It-tanker Um El Faroud kien sorġut fil-Baċir Numru 3 meta, għall-ħabta tal-10.15pm, splużjoni fis-sezzjoni ċentrali wasslet għal traġedja li ħasdet il-ħajja ta’ George Aquilina, Charles Callus, Mario Hales, Simon Mifsud, Simon Pisani, Angelo Sciberras u Anthony Vassallo fil-post.
Filwaqt li Paul Seguna u George Xuereb tilfu ħajjithom ftit wara, fl-Isptar San Luqa.
Wara l-inċident, it-tanker kien iddikjarat bħala wieħed li ma jistax jintuża’ aktar kawża tal-ħsarat strutturali li ġarrab. Għaldaqstant, inżamm fil-Port għal tliet snin sakemm, fl-1998, kien deċiż li għandu jiġi mgħarraq f’Wied iż-Żurrieq biex almenu, jitgawda mill-għaddasa.
Biex id-disa’ vittmi jibqgħu mfakkra, mat-tanker kienet twaħħlet tabella b’ismijiethom.
//= $special ?>