Milan saħħew posthom fit-tielet post tas-Serie A meta barra minn darhom għelbu lil Frosinone bl-iskor ta’ 3-2. Kienu Milan li fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta Rafael Leao żmarka lil Olivier Giroud li fix-xibka għal 1-0. Frosinone kisbu d-draw fl-24 minuta minn penalty ta’ Matias Soule, b’Luca Mazzitelli jitfagħhom fil-vantaġġ fil-65 minuta. Matteo Gabbia kiseb id-draw għal Milan fit-72 minuta qabel kien Luka Jovic li fil-81 minuta xeħet fix-xibka u ta rebħa lil Milan.
Bologna kisbu rebħa ta’ 4-2 fuq Sassuolo. Kienu Sassuolo li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Kristian Thorstvedt qabel Bologna kisbu d-draw minn awto-gowl Mattia Viti. Fl-34 minuta Sassuolo reġgħu marru minn fuq b’gowl ta’ Cristian Volpato, b’Bologna għal darb’oħra jġibu d-draw fit-73 minn Giovanni Fabbian. Lewis Ferguson poġġihom fil-vantaġġ fit-83 minuta qabel kien Alexis Saelemakers tliet minuti wara għal skor finali ta’ 4-2.
SERIE A
Illum: Empoli v Genoa 0-0, Udinese v Monza 0-0, Frosinone v Milan 2-3, Bologna v Sassuolo 4-2
Għada: Torino v Salernitana 12.30pm, Napoli v Verona 3.00pm, Atalanta v Lazio 6.00pm, Inter v Juventus 8.45pm