Stħarriġ illi sar fl-aħħar jiem mill-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji fost il-membri tagħha, b’kollaborazzjoni mal-kumpanija Misco, wera kif aktar minn 41% tan-negozji qed jesperjenzaw diffikultajiet kbar minħabba l-inflazzjoni. Dan apparti li fi żmien il-festi tal-Milied…il-bejgħ naqas sew.
Dan fost kwistjonijiet oħra li qed iwasslu biex is-sidien jew ma jafux kif se jżommu n-negozju tagħhom għaddej jew saħansitra waslu biex kellhom jagħlqu n-negozju tagħhom kompletament għax spiċċaw fallew.
Ic-Chamber tal-SMEs ilha snin twissu lill-Gvern biex jieħu azzjoni mmedjata b’mod li jimmira għal soluzzjonijiet long-term. Iżda s’issa, is-suġġerimenti kollha ġew injorati, bin-negozji ma jafux kif se jimxu ‘l quddiem minħabba l-effetti qawwija tal-għoli tal-ħajja.
Ma’ Net News, id-direttur tal-Misco, Lawrence Zammit tkellem fit-tul dwar din is-sitwazzjoni diffiċli li qed jesperjenzaw in-negozji Maltin tant li hemm numru ta’ negozji li spiċċaw fallew. Lawrence Zammit tkellem ukoll dwar l-effett xejn sabih li qed ikun hemm fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji ssuġġeriet kemm-il darba biex il-VAT titnaqqas minn 18% għal 15% fuq il-prodotti u servizzi kollha sabiex pajjiżna jirnexielu jiġġieled l-inflazzjoni. Huma ssuġġerew ukoll li titneħħa t-taxxa tas-SISA – taxxa moħbija, fuq prodotti li huma meqjusa neċċessarji għall-ħajja ta’ kuljum.
//= $special ?>