L-ADPD qed isejjaħ sabiex jitħarsu l-bliet ta’ pajjiżna sabiex jibqgħu abitabbli. F’konferenza stampa li saret quddiem is-sit fejn hemm proposti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jinbnew żewġ supermarkets u lukanda, Carmel Cacopardo tkellem dwar l-applikazzjonijiet pendenti f’Marsaskala.
Huma tennew li minbarra li dawn is-supermarkets se jiġġeneraw ħafna traffiku, dawn se jkunu qed ikomplu joqtlu l-ħwienet li huma iżgħar f’din il-lokalità, supermarkets li huma integrali mit-tessut soċjali tal-lokalità.
Fil-konferenza ssemma’ ukoll li l-proposta għal bini ta’ lukanda f’Marsaskala, dan meta diġa’ hemm s-sit tal-Jerma u li flokha ġejjin appartamenti. Huwa tenna li dan qed isir minkejja li f’pajjiżna diġa’ hawn biżejjed proġettati.
//= $special ?>