Arsenal se jkollhom iċ-ċans li jalqu d-distakk minn ma’ Liverpool li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika hekk kif iż-żewġ timijiet se jaffrontaw lil xulxin għada fil-5:30pm.
Ir-Reds jinsabu fl-ewwel post wara 22 logħba b’51 punt, segwiti minn Manchester City u Arsenal b’46 punt, bis-Citizens jilagħbu partita inqas.
Intant, illum numru ta’ partiti skedati, bl-ewwel partita tibda fis-1:30pm bejn Everton u Tottenham Hotspur, b’dawn tal-aħħar ġejjien minn rebħa missielta fuq Brentford ta’ 3-2. L-istess Brentford ha jkunu impenjati t-Tnejn kontra Manchester City fid-9:00pm.
Tlett partiti illum fl-4:00pm, b’ Newcastle United jilagħbu kontra Luton Town, li bħalissa għaddejin minn perjodu tajjeb fejn fejn ilhom 5 partiti ma jsofru telfa fil-kompetizzjonijiet kollha. Minn naħa l-oħra, Burnley qed jittamaw li jirritornaw għar-rebħ kontra Fulham, filwaqt li Brighton se jkunu qed jospitaw lil Crystal Palace fl-Amex Stadium.
L-aħħar partita skedata għal lum hija bejn Sheffield United u Aston Villa fis-6:30pm.
Il-programm ta’ logħob jitkompla għada, b’3 partiti oħra missielta barra dik bejn Arsenal u Liverpool.
Il-partiti l-oħra kollha skedati għat-3:00pm, fejn Bournemouth se jkunu qed jaffrontaw lil Nottingham Forest, filwaqt li Chelsea se jospitaw lil Wolves f’ Stamford Bridge, b’Wolves jitilfu l-konfront riċenti kontra Manchester United permezz ta’ gowl taż-żagħżugħ Mainoo fl-aħħar minuti.
L-istess Manchester United se jilagħbu kontra West Ham United, f’taqtigħa għal tlett punti kruċjali li jafu jiddeterminaw il-kwalifikazzjoni għall-Europa League iktar tard fl-istaġun.
Illum
Everton v Tottenham H. 1 :30pm
Brighton v Crystal Palace 4:00pm
Burnley v Fulham 4:00pm
Newcastle U. v Luton T. 4:00pm
Sheffield U. v Aston Villa 6:30pm
Għada
Bournemouth v Nott’s F. 3:00pm
Chelsea v Wolves 3:00pm
Man. Utd v West Ham U. 3:00pm
Arsenal v Liverpool 5:30pm
It-Tnejn
Brentford v Man. City 9:00pm