Indjan ta’ 49 sena qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ metri fi Triq Salvatore Cachia Zammit, Birżebbuġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 am meta l-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li aktar kmieni kien iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’residenza privata. Ir-raġel ittieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>