Fis-Serie A, Inter se jospitaw lil Juventus f’ San Siro f’dik li hija magħrufa bħala d-Derby d’Italia għal tlett punti li possibilment jistgħu jiddeterminaw ir-rebbieħ tal-kampjonat. Il-partita se tintlagħab il-Ħadd fid-8:45pm.
Inter jinsabu fl-ewwel post b’54 punt wara 21 partita, filwaqt li Juventus jinsabu fit-tieni post b’53 punt u logħba iżjed.
Illum żewġ partiti fit-3:00pm, fejn Empoli se jaffrontaw lil Genoa, u Udinese jilagħbu kontra Monza.
Fis-6:00pm, Milan se jilagħbu kontra Frosinone, li f’dan l-istaġun qed ikollhom wirjiet tajbin, bit-tim immexxi minn Di Francesco jinsab fit-13-il post.
L-aħħar partita skedata illum hija bejn Bologna u Sassuolo fid-8:45pm.
Għada, numru ta’ partiti importanti għat-tfassil tal-kumplament tal-kampjonat, bl-ewwel partita tkun Torino kontra Salernitana fin-12:30pm.
Napoli kontra Hellas Verona hija l-partita li se tintlagħab fit-3:00pm, filwaqt li partita oħra importanti għall-ġlieda għall-post mal-ewwel sitta bejn Atalanta u Lazio fil-Gewiss Stadium fis-6:00pm.
Finalment, Roma se jospitaw lil Cagliari it-Tnejn fid-8:45pm.
Ilbieraħ
Lecce v Fiorentina
Illum
Empoli v Genoa 3:00pm
Udinese v Monza 3:00pm
Frosinone v Milan 6:00pm
Bologna v Sassuolo 8:45pm
Għada
Torino v Salernitana 12:30pm
Napoli v Verona 3:00pm
Atalanta v Lazio 6:00pm
Inter v Juventus 8:45pm
It-Tnejn
Roma v Cagliari 8:45pm