Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:30 pm, sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ Triq l-Imtarfa, l-Imtarfa.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti s-Siġġiewi u vettura misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti r-Rabat.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>