L-Iran fis-semi finali tat-Tazza tal-Asja wara li għelbu lill-Ġappun bl-iskor ta’ 2-1. Kienu l-Ġappun li marru fil-vantaġġ fit-28 minuta permezz ta’ Hidemasa Morita. Reazzjoni mill-Iran fit-tieni taqsima hekk kif kisbu d-draw fil-55 minuta minn Mohammed Mohebi. Biex hekk kif il-partita kienet sejra lejn il-ħin barrani, kien penalty ta’ Alireza Jahanbakhsh li poġġa’ lill-Iran fis-semi finali.
Il-Qatar ukoll għamluha għas-semi finali meta għelbu lil Uzbekistan wara l-għoti tal-penalties. Il-partita ntemmet 1-1 b’awto gowl tal-goalkeeper Utkir Yusupov jitfa’ lil Qatar fil-vantaġġ qabel kien Odiljon Khamrobekov li kiseb id-draw għal Qatar. Għal Qatar skorjaw Akram Afif, Sultan Al-Brake u Pedro Miguel, filwaqt li fallew Almoez Ali u Almahdi Ali. Għal Uzbekistan skorjaw Otabek Shukurov u Shakhboz Umarov, filwaqt li fallew Rustamjon Ashmuratov, Zafarmurod Abdirakhmatov u Jaloliddin Masharipov.
TAZZA TAL-ASJA
Illum: Iran v Ġappun 2-1, Qatar v Uzbekistan 1-1(3-2)
//= $special ?>