Rowen Camilleri
ĦAMRUN S…………4
NAXXAR L………….1
Ħamrun S: H. Bonello, S. Borg (O. Bjelicic 84’), E. Marcelina, J, Mbong, R. Prsa, U. Djurnaovic, E. Bruno, J. Corbalan, L. Montebello (S. Paintsil 84’), R. Camenzuli, J. Robert (C. Rutjens 84’)
Naxxar L: M. Debono, F. Barbosa, M. Fenech, P. Carvalho, E. Farias (R. Blandon 81’), R. G. Cassar, E. Elizeu (N. P. Cocks 69’), W. Marcilio (A. Azzopardi 81’), M. De Souza, Y. Ito (T. Yamaguchi 56’), J. Cardoso (D. Falzaon 81’)
Skorjaw: J. Robert 2’, U. Djurnaovic 42’, L’ Montebello 71′, E. Marcelina 89’ (Ħ), P. Carvalho 20’ (N)
Imwissija: E. Elizeu 34’, M. De Souza 40’, J. Cardoso 78’, R. G. Cassar 84’ (N), E. Bruno 54’, S. Borg 79’, J. Robert 84’, R. Camenzuli 90+1’ (Ħ)
Referee: Fyodor Zammit
Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Shaun Calleja
BOV Plejer tal-Logħba: Uros Djurnaovic (Ħamrun Spartans)
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Uros Djurnaovic (Ħamrun Spartans)
F’partita, li għal ħinijiet twal forsi ma laħqitx l-aspettativa mistennija, Ħamrun Spartans kisbu s-sitt rebħa konsekuttiva fil-kampjonat biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ tliet punti fuq Floriana f’ras il-klassifika. Wara gowl kmieni minn Ħamrun, Naxxar Lions irnexxielhom iġibu d-draw, iżda Ħamrun skorjaw tliet darbiet oħra biex assiguraw minn rebħa u tliet punti oħra.
Ħamrun ħadu biss minuta u ħmistax-il sekonda biex marru minn fuq meta Ryan Camenzuli avvanza u qaleb il-logħob fejn kien hemm Jonny Robert ixxamplat waħdu li b’xutt fil-baxx għeleb lil Debono.
Fl-10 minuta ċans ieħor għal Ħamrun meta l-kross ta’ Eder Bruno sab lil Djuranovic li x-xutt akrobatiku tiegħu għadda ftit barra.
Fl-20 minuta Naxxar iġibu l-gowl tad-draw, fejn kien pass preċiż ta’ De Souza lejn Pablo Carvalho li minn quddiem Bonello ma’ żbaljax biex reġa’ għamel l-iskor indaqs.
Ħames minuti wara reazzjoni minn Ħamun fejn kien kross ta’ Montebello fil-kaxxa li sab lil Jonny li b’daqqa ta’ ras impenja lil Debono li kellu jdawwar f’korner.
Fit-42 minuta Ħamrun lura fil-vantaġġ meta Eder seraq ballun minn tliet kwarti ta’ ground u għadda lejn Uros Djuranovic li daħal fil-kaxxa u b’xutt mill-isbaħ bix-xellug tefa’ fl-angolu tax-xikba, b’Debono megħlub għal kollox. Tmiem l-ewwel taqsima 2-1 għat-tim immexxi minn Luciano Zauri.
L-ewwel azzjoni perikoluża fit-tieni taqsima waslet mas-siegħa logħob meta l-aqwa skorer tal-kampjonat Luke Montebello minn taħt il-lasta tefa’ inkredibilment barra wara pass ta’ Roko Prsa.
Fis-66 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Prsa jgħaddi ftit għoli.
Erba’ minuti wara attakk min-Naxxar, Farias jitfa’ ballun fil-kaxxa li sab lil Carvalho li iżda x-xutt tiegħu jaħbat mal-ġenb tax-xibka.
Ħamrun skorjaw it-tielet ġowl fil-71 minuta minn azzjoni mibdija minn Joseph Mbong li għadda lejn Jonny, bil-Brażiljan jitfa’ lejn in-nofs u Matthias Debono jsalva parzjalment, iżda l-ballun jaqa’ għand Luke Montebello li b’xutt b’saħħtu spara fix-xibka u skorja l-14-il gowl tiegħu fil-kampjonat.
Fil-75 minuta free kick dirett ta’ De Souza għal Naxxar ikun milqugħ b’diffikultà minn Bonello li b’save mill-isbaħ tajjar il-periklu.
Ħamrun issiġillaw ir-riżultat fid-89 minuta meta minn azzjoni ta’ korner mogħti minn Roko Prsa l-ewwel kien Djurnaovic li laqat ħażin bir-ras, bil-ballun fl-arja ikun Emerson Marcelina li jogħla fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras oħra tefa’ wara Debono għal skor finali ta’ 4-1 favur iċ-champions renjanti.
//= $special ?>