Is-Sibt filgħodu waqt intervista ma’ Andrew Azzopardi fuq l-istazzjon tar-Rajdju RTK, il-Ministru tas-saħħa Jo Etienne Abela ta’ x’jifhem li prattikament Gvern Laburista ħela għal kollox 11-il sena, biex issa s-settur tas-saħħa jinsab għarkupptejh….bi sptar ma jiflaħx għaż-żieda fil-popolazzjoni….u €400,000,000 inqas mit-taxxi tal-poplu.
Dan hekk kif Abela sostna l-ovvju, u dak li l-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq għal snin twal…li kawża taż-żieda qawwija fil-popolazzjoni l-Isptar Mater Dei jeħtieġlu sptar ieħor ta’ spalla…ċioè l-Isptar San Luqa.
Madanakollu minflok wettaq li wiegħed, Gvern Laburista daħal fi ftehim kundannat mill-Qorti u ta 400miljun lil Vitals u Steward…iżda issa l-Ministru jrid iwettaq Health Village f’San Luqa.
Tajjeb wieħed jiftakar li meta kien membru tal-Kabinett, anke l-istess Jo Etienne Abela kien ivvota favur li ta’ Steward jibqgħu jingħataw il-miljuni ta’ ewro minkejja li kulħadd kien konxju tal-ħadma li kienet għaddejja.
Mistoqsi jekk jiddispjaċihx ta’ dak li ġara….huwa insista li jrid iħares biss ‘il quddiem.
Dan filwaqt li mistoqsi dwar l-arbitraġġ….minkejja li l-Gvern ta’ Robert Abela qed jiprova jbellagħha lin-nies li fetaħ l-arbitraġġ hu fil-konfront ta’ Steward biex jinġiebu lura l-mijiet ta’ miljuni ta ewro misruqa…..Jo Etienne Abela ma kienx kapaċi jmexxi ‘il quddiem l-istess narrattiva tal-Prim Ministru.
Intant, Jo Etienne Abela għażel li jmexxi ‘il qudddiem il-proposta tal-Partit Nazzjonalista ċioè li biex titnaqqas l-istennija fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei il-Gvern għandu mħejji pjan sabiex jidħol fi sħab mal-privat.
//= $special ?>