Futbol Sport

Imut Kurt Hamrin, l-aħħar plejer li kien għadu ħaj mill-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1958

Tħabbret il-mewt ta’ Kurt Hamrin, ta’ 89 sena li kien l-aħħar plejer li kien għadu ħaj mill-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1958 meta l-Iżvezja kienu tilfu 5-2 kontra l-Brażil.

Hamrin lagħab il-parti l-kbira tal-karriera tiegħu fl-Italja ma’ Milan, Fiorentina, Juventus, Padova u Napoli fejn skorja 190 gowl fis-Serie A fejn huwa d-disa’ l-aktar plejer li skorja f’dan il-Kampjonat.

Ma’ Fiorentina f’289 partita bejn l-1958 u l-1967 skorja 150 gowl u fil-karriera bejn l-1952 u l-1972 f’472 partita skorja 249.

Fid-29 ta’ Dicembru 1968 fl-Istadium fil-Gżira kien lagħab fil-partita ta’ ħbiberija li Milan kienu lagħbu u rebħu 2-0 kontra Hibernians. Rebaħ it-Tazza tar-rebbieħa tat-Tazzi fl-1960 ma’ Fiorentina, il-Kampjonat tas-Serie A fl-1968 u fl-istess staġun it-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazzi ma’ Milan. Sena wara Hamrin rebaħ it-Tazza tac-Champions ma’ Milan fir-rebħa ta’ 4-1 kontra Ajax Amsterdam. Huwa lagħab 32 darba mal-Iżvezja fejn skorja 17-il gowl u kien fost l-iskorers fil-finali tal-1958.

Kurt Hamrin u l-captain ta’ Hibernians John Privitera bir-referee jkun Turu Lentini