Futbol Sport

Inter jirbħu l-konfront dirett kontra Juventus u jiftħu vantaġġ ta’ erba’ punti

(Ritratt: EPA)

Inter rebħu l-konfront dirett kontra Juventus bl-iskor ta’ 1-0 u b’hekk fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti f’ras il-klassifika fuq l-istess Juventus. Il-gowl deċiżiv wasal fis-37 minuta meta minn cross minn fuq il-lemin kien Federico Gatti li f’tentatti li jtajjar il-ballun xeħet fix-xibka tiegħu stess.

Napoli rritornaw għar-rebħ, b’rebħa ta’ 2-1 kontra Verona. Kienu Verona li marru fil-vantaġġ fit-72 minuta permezz ta’ Diego Coppola. Napoli iġibu l-iskor indaqs seba’ minuti wara permezz tal-eks tal-partita Cyril Ngonge qabel ma’ tliet minuti mit-tmiem kien Khvicha Kvaratskhelia li skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għal Napoli.

Atalanta telgħu fir-raba’ post tal-klassifika wara rebħa ta’ 3-1 fuq Lazio. Mario Pasalic poġġa lil Atalanta fil-vantaġġ fis-16-il minuta qabel ma’ żewġ gowl ta’ Charles De Ketelaere għamluhom 3-0. Lazio naqsu l-iskor fl-84 minuta permezz ta’ penalty ta’ Ciro Immobile.

Torino kellhom draw diżappuntanti ta’ mingħajr gowls kontra t-tim tal-qiegħ Salernitana.