Rugby Sport

Rebħiet għall-Ingilterra, l-Iskozja u l-Irlanda fl-ewwel partiti mis-Six Nations

Fi tmiem il-ġimgħa ngħata bidu għas-Six Nations fejn spikkaw ir-rebħiet tal-Ingilterra, l-Iskozja u l-Irlanda.

L-Ingilterra kellhom iwettqu rimonta fit-tieni taqsima biex għelbu lill-Italja 27-24 wara li t-Taljani daħlu jistrieħu 17-14 fil-vantaġġ bl-eroj għat-tim Ingliż f’din il-partita jkun George Ford li skorja numru ta’ punti importanti iżda jidher li se jkun qed jitlef il-partita li jmiss kontra Wales minħabba injury.

L-Iskozja kisbu l-ewwel rebħa f’Cardiff fi 22 sena meta għelbu lil Wales 27-26, bl-Iskozja jirnexxielhom imorru 27-0 fil-vantaġġ iżda rimonta minn Wales ma kinitx biżejjed biex iġġib l-iskor indaqs.

L-Irlanda minn naħa tagħhom kisbu rebħa konvinċenti ta’ 38-17 fuq Franza.