Robert Abela warrab il-governanza tajba, l-etika ġusta u l-kontabbiltà politika…. biex jerġa’ jdaħħal lura eks politikanti Laburisti..li tkeċċew fl-aħħar xhur u snin.
Sostna dan l-eks kunsillier u attivista Laburista Desmond Zammit Marmara fuq il-ġurnal Times of Malta hekk kif saħaq li l-aħħar żviluppi ma huma xejn ħlief daqqa ta’ ħarta għal dawk li baqgħu jemmnu lil-Labour Party u afdaw fir-rieda tajba tal-Prim Ministru.
Zammit Marmara sostna li r-rijabilitazzjoni ta’ ċertu politiċi….bħal Joseph Muscat, Rosianne Cutajar u Justyne Caruana hija theddida għad-demokrazija u saħaq li dan kollu “is simply not on” u insista li Robert Abela bħal donnu nesa li l-politiċi għandhom ikunu ta’ eżempju għal ġenerazzjonijiet futuri.
Huwa sostna li filwaqt li l-Prim Ministru dejjem tkellem dwar standards etiċi għoljin….dawn id-deċiżjonijiet li qed jieħu farku kompletament in-narrattiva tiegħu u baxxa rasu taħt il-pressjoni tal-10,000 partitarji hardcore Laburista.
Zammit Marmara sostna li Abela qed jibża’ mir-riżultat tal-elezzjonijiet ta’ Ġunju, jibża’ li ma jlahhaqx mal-aspettativi mistennija….fi kliem sempliċi xeħet ‘il barra mit-tieqa l-kontabbiltà politika…biex jintgħoġob ma’ niesu.
Huwa sostna li jekk Abela qed jibbaża’ l-futur ta’ pajjiżna….fuq ir-rieda tal-fanatiċi Laburisti…Alla biss jista’ jgħin lil Malta.
Zammit Marmara insista li kif sejrin l-affarijiet se jsibha impossibbli biex jivvota Labour f’Ġunju li ġej…għaliex staqsa kif persuna b’kuxjenza safja jista jivvota Labour meta dan il-partit qed jaċċetta imġieba li tmur kompletament kontra l-etika…u koruzzjoni.
//= $special ?>