Il-Kosta tal-Ivorju għamluha fis-semi finali meta għelbu lil Mali 2-1 wara l-ħin barrani. Kienu l-Mali li fetħu l-iskor fil-71 minuta meta kien Nene Dorgeles li xeħet fix-xibka għal 1-0. Il-Kosta tal-Ivorju kisbu d-draw fid-90 minuta b’gowl ta’ Simon Adingura. Biex fil-ħin barrani, fil-120 minuta, kien Oumar Diakita li tefa’ fix-xibka, u tefa’ lill-partitarji f’dillirju ta’ ferħ.
L-Afrika T’Isfel ukoll għamluha fis-semi finali meta wara l-għoti tal-penalties għelbu lil Cape Verde 2-1. Bil-partita tintemm mingħajr gowls il-partita marret għall-għoti tal-penalties. Għal Cape Verde skorja Bryan Texeira, filwaqt li fallew Bebe, Willy Semedo, Laros Duarte u Patrick. Għal Afrika t’Isfel skorjaw Teboho Mekoena u Mothobi Mvala, filwaqt li fallew Zakhele Lepasa u Aubrey Modiba.
TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI
Illum: Mali v Kosta tal-Ivorju 1-2, Cape Verde v Afrika t’Isfel 0-0 (1-2)
//= $special ?>