Se jkun l-10 ta’ Frar – il-festa tan-nawfraġju ta’ San Pawl – il-ġurnata li fiha se jiġi inawgurat monument ġdid fil-Belt illi sar fil-bronż, u li jirrapreżenta l-gidma tal-lifa.
Dan il-monument se jinkixef u jitbierek minn Fr Charles Tabone waqt serata biswit il-Barrakka t’Isfel, illi fiha se tippartecipa wkoll il-Banda La Valette.
Frans Mintoff, President tal-Valletta St Pauls, fisser ma’ Net News illi din l-idea kienet ilha maħsuba għal ħafna snin. U issa, l-ħolma tagħhom se ssir realtà.
Tkellimna wkoll ma’ Lino Bartolo, Vici President tas-Socjeta Filarmonika Nazzionale La Valette.
Is-Sibt li għadda fetħu l-festi Pawlini biċ-ċerimonja ta’ ħruġ min-niċċa. U din is-sena, il-festi esterni tal-Beltin se jsiru fl-24 ta’ Frar.
//= $special ?>