Illum Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iltaqa’ mal-President tal-Latvja, Edgars Rinkēvičs.
Fuq l-aġenda tat-taħditiet kien hemm fost l-oħrajn it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiż li t-tnejn issieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-2004.
Ġew diskussi wkoll għadd ta’ temi inkluż ir-rikonoxximent għall-politika taż-żewġ pajjiżi li fl-Unjoni Ewropea jaqblu fil-politika barranija.
Ingħatat attenzjoni wkoll r-rabta kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi fosthom fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informatika, s-servizzi finanzjarji u fl-avjazzjoni.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien akkumpanjat mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, ix-Shadow Minister għall-Affarjiet Barranin u Ewropej Beppe Fenech Adami, il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut u s-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Beppe Galea.
//= $special ?>