Lokali Parlament

Il-Ministru Caruana issa jrid ekonomija li teħtieġ inqas nies; ma jaċċettax proposti tal-imsieħba soċjali dwar l-għoli tal-prezzijiet

Wara tant snin jippromwovi ekonomija bbażata fuq l-importazzjoni ta’ ħaddiema barranin fejn anki kien bassar li l-popolazzjoni ta’ Malta tista’ titla’ sa 800,000 persuna, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ddikjara fil-parlament li l-ekonomija tal-pajjiż għandha tmur lejn investiment li jeħtieġ inqas nies biex tkun produttivi.

Hu rrifera għall-proposti riċenti tal-Kamra tan-Negozji Żgar Medji dwar l-għoli tal-prezzijiet u qal li kieku l-gvern inaqqas il-VAT – kif qed ikun propost minn din il-Kamra – jkun qed jistieden li jidħlu operaturi ġodda fis-suq u jieklu iktar mis-suq b’effett negattivi.

Il-pajjiż daħal f’ċirku vizzjuż fejn kulħadd qed iħares ‘il ġewwa flok ‘il barra f’ekonomija żgħira ta’ 500,000 persuna. Dan ifisser li hemm limitu ta’ x’jista’ jsir, sostna l-Ministru tal-Finanzi, li kompla li dan qed jeffettwa wkoll fil-ħaddiem barranin. Hu qal li fl-isptar, allaħares ma jkunux il-ħaddiema barranin flimkien ma’ dawk Maltin għax kienu l-isptar ma jaħdimx.

Il-Ministru Caruana qal li l-ħaddiema barranin qed jgħinu lin-negozji iżda meta n-negozji qed jespandu fejn hemm bżonn iktar nies, allura se jkun hemm bżonn iktar postijiet ta’ abitazzjoni u bżonnijiet oħra.
Dan iwassal għal żidiet fil-prezzijiet, sostna l-Ministru Caruana, li kompla li s-soluzzjoni mhijiex li kulħadd idur fuq il-gvern. Jeħtieġ li r-rappreżentanti tas-soċjetà jaħseb lil hinn minn imneħirhom, sostna l-Ministru tal-Finanzi.

In-negozji Matin jridu jħarsu lil hinn xtutna u lit-tkabbir ekonomiku jkun jirrikjedi inqas nies. In-negozji qed iħossu ċertu problemi iżda s-soluzzjoni mhijiex li l-gvern inaqqas il-VAT jew id-dazji għax diġà qed isiru ħafna li ma jiżdiedux it-taxxi u jagħti €350 miljun f’sussidji.

Il-Ministru tal-Finanzi qal li gvernijiet Nazzjonalista bnew it-tassazzjoni bis-sens fuq tassazzjoni li tiffoka fuq il-konsum; dan jagħmel sens ekonomiku. Dan m’għandux jinħatt, sostna l-Ministru tal-Finanzi, li kompla li tul is-snin il-pajjiż għamel ħafna.

Hu tkellem dwar l-UE u qal li jeħtieġ li l-pajjiż jiffoka bil-kbir fuq id-dibattitu dwar it-tkabbir tal-UE. Il-Ministru tal-Finanzi tkellem dwar l-iżviluppi futuri fl-UE dwar il-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fuq maġġoranza ta’ 2/3 tal-pajjiżi li jaqblu mad-deċiċjonijiet.

Dan jista’ jfisser li s-saħħa li jkollha Malta tisparixxi, sostna l-Ministru tal-Finanzi, li appella biex id-diskussjonijiet dwar din il-pożizzjoni jibdew minn issa.

Il-Ministru Caruana tkellem dwar l-Air Malta u qal li l-gvern kien ġab ftehim mal-Kummissjoni Ewropea li bih kien se jun hemm linja tal-ajru ġdida fil-31 ta’ Marzu 2024.

Hu qal li sal-1 ta’ Frar 2024, il-kumpnija kellha 370,000 booking, b’4000 persuna tixtri biljett kuljum. Is-seats mimlija sa Ottubru huma 30%; dan hu pass inkoraġġanti ħafna, sostna l-Ministru tal-Finanzi, li kompla, li ntlaħaq ftehim mal-piloti u l-kuntratti l-ġodda l-oħra qed ikunu ffirmati.

Hu qal li mal-cabin crew intlaħaq ukoll ftehim dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol ġodda. Dwar l-inġiniera u t-tekniċi hemm qbil fuq il-kundizzjonjiet u se joħorġu l-applikazzjoinijiet.

Il-Minisru tal-Finanzi kompla li mal-ħaddiema, is-sejħiet huma konklużi waqt lit-trasferimenti u xiri tal-ajruplani ġodda għaddejjin kif għaddejjin il-ftehim fuq l-islots. Minkejja dan fadal ħafna iktar xogħol x’isir, sostna l-Ministru tal-Finanzi.