Diversi għaqdiet u esperti fil-qasam soċjali urew it-tħassib serju tagħhom dwar il-white paper li qed tiġi ppreżentatat b’rabta maż-żieda fl-ammonti tad-droga. Iżda, il-Gvern għadu jemmen li miexi sew dwarha.
Din il-liġi testendi l-massimu ta’ pusses ta’ droga għal 500 gramma kannabis, 200 gramma kokaina, 200 gramma eroina, jew 500 pillola ecstasy u jekk din il-white paper tgħaddi bħala liġi se tkun qed tincentiva lit-traffikanti tad-droga.
Dwar din il-kontroversja, il-Ministru Miriam Dalli ma kellha ebda kliem ta’ kundanna. Anzi qaltilna li l-kritika ġejja minn nies li dawru l-white paper kif qablilhom.
Dwar din il-white paper, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qal li din hija riforma inkwetanti ħafna għaliex bosta nies jafu li jekk persuna jkollha mijiet ta’ dawn żgur mhumiex għall-użu personali. Bil-Kap tal-PN jinsisti illi l-Gvern ta’ Robert Abela qata’ qalbu mill-ġlieda kontra d-droga.
Intant, l-Aġenzija Sedqa qalet illi l-ammonti ndikattivi kif qed ikunu proposti bħalissa fil-White Paper li ressaq il-Gvern għandhom ikunu inqas minn dak propost. Dan sabiex jintlaħaq bilanċ bejn flessibilità ġudizzjarja f’każijiet ġenwini u id soda kontra min jipprova jdur mas-sistema bi skuża ta’ “problema ta’ droga”.
Bħas-Sedqa, anke l-Caritas esprimiet tħassib rigward il-mod kif saru l-affarijiet, u l-ammonti li hemm imniżżla fil-white paper.
//= $special ?>