Internazzjonali

Ir-Re Karlu se jibda jingħata trattament kontra l-kanċer

Buckingham Palace ħabbar li r-Re Karlu III ser jibda jingħata trattament għal-kanċer.

Dan il-kanċer instab waqt li r-Re kien qed jingħata trattament għall-kundizzjoni li kellu fil-prostata madankollu kien konfermat li l-kanċer mhux fil-prostita, waqt li ma ngħataw l-ebda dettaji dwar l-istadju tal-kanċer.

Huwa beda t-trattament illum, u jinsab fiduċjuż li t-trattament ser ikollu riżultati pożittivi.

Waqt li jinsab ħerqan sabiex ikun jista’ jerġa jirritorna għall-obligi tiegħu bħala re, sa issa ser ikun qed jipposponi dawn l-obligi.

Intant il-Prinċep Harry qal li tkellem ma’ missieru dwar dawn l-aħħar żvillupi fil-kundizzjoni ta’ saħħtu u għalhekk ser ikun qed jirritorna lejn ir-Renju Unit sabiex iżuru fil-jiem li ġejjin, waqt li bosta politiċi inkluż il-Prim Ministru Rishi Sunak awguraw lir-Re fejqan ta’ malajr.