Il-Ħadd waranofsinhar folla kbira ta’ nies bdiet tiċċelebra l-karnival fil-pjazza ewlenija tan-Nadur – bi programm imżewwaq u mimli daqs bajda, fejn ġiet ċċelebrata l-espressjoni artistika u t-tradizzjonijiet kulturali.
Fin-Nadur spikka l-ispettaklu ta’ żfin mit-tfal u żfin tal-kbar, il-banda, kant u maskeruni, karrijiet, ċajt, briju u ftit togħma tal-karnival spontanju. Ma naqsitx ukoll il-kukkanja tradizzjonali kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar.
Fi tmiem din il-ġimgħa se jkomplu ċ-ċelebrazzjonijiet fin-Nadur fejn bħal kull sena hemm stennija kbira għall-Karnival spontanju.
U f’Malta ċ-ċelebrazzjonijiet ma jonqsux lanqas hekk kif hemm pjanat programm mifrux fuq jiem sħaħ, kemm fl-irħula u anke fil-Furjana u l-Belt Valletta. Iktar dettalji dwar il-karnival f’Malta tista’ ssibhom hawnhekk:
//= $special ?>