Manchester City għelbu lil Brentford barra minn darhom bl-iskor ta’ 3-1, b’ Phil Foden protagonista b’tlett gowls f’ismu.
Is-Citizens komplew il-pressjoni tagħhom fuq Liverpool li tilfu l-konfront riċenti kontra Arsenal, bir-Reds jokkpuaw l-ewwel post b’51 punt, filwaqt li Manchester City jinsabu fit-tieni post b’49 punt u partita inqas.
Kienu Brentford li marru fil-vantaġġ l-ewwel wara 21 minuta permezz tal-attakkant prolifiku Neal Maupay, b’Manchester City jistennew sal-aħħar mumenti tal-ewwel taqsima biex jiksbu d-draw permezz ta’ Foden.
Phil Foden skorja l-gowl tal-vantaġġ fit-53 minuta mill-kross ta’ De Bruyne, biex sussegwentament għaqqad il-hattrick personali fis-70 minuta din id-darba mis-suġġeriment ta’ Haaland.
Is-Sibt
Everton v Tottenham H. 2-2
Newcastle U. v Luton T. 4-4
Burnley v Fulham 2-2
Brighton v Crystal P. 4-1
Sheffield U. v Aston V. 0-5
Il-Ħadd
Manchester U. v West Ham 3-0
Chelsea v Wolves 2-4
Bournemouth v Nottingham F. 1-1
Arsenal v Liverpool 3-1
Ilbieraħ
Brentford v Man City 3-1