F’mument li qed jitqies bħala wieħed storiku, il-kantanta ta’ 34 sena, Taylor Swift ingħatat l-unur għall-Aqwa Album tas-Sena għar-raba’ darba, għall-album tagħha “Midnights“, fis-66 Grammy Awards li saru fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn f’Crypto.com Arena fiċ-ċentru ta’ Los Angeles.
Il-Grammys fetħu bi spettaklu mill-kantanta Dua Lipa…bl-unur ta’ Best New Artist din is-sena imur għand Victoria Monét.
L-akbar awards prestiġjużi raw lil Miley Cyrus tieħu l-unur tar-Record of the Year bil-kanzunetta “Flowers,” – li kien l-ewwel Grammy Award għaliha bħala kantanta.
Billie Eilish O’Connell u Finneas O’Connell rebħu l-Grammy għall-Kanzunetta tas-Sena – “What Was i made For?” – mill-film blockbuster “Barbie“.
Intant, waqt li kienet qed tiġbor l-unur tagħha, Taylor Swift qalet lill-udjenza li kellha sorpriża għalihom. Filwaqt li żiedet tgħid li se tiżvela sigriet li ilha taħbi għal dawn l-aħħar sentejn, Swift ħabbret li l-album il-ġdid tagħha bl-isem ta’ The Tortured Poets Department se joħroġ fid-19 ta’April li ġej.
Il-kumplament tal-unuri li ntrebħu waqt is-serata huma dawn:
L-aqwa Pop Solo Performance: Miley Cyrus bi “Flowers“
L-aqwa Album Pop Vocal: Taylor Swift b'”Midnights”
L-aqwa kanzunetta R&B: SZA bi “Snooze“
L-aqwa Album tal-mużika Country: Lainey Wilson b'”Bell Bottom Country”
Best Música Urbana Album: Karol G – Mañana Será Bonito