Atletika Sport

Nicolai Bonello b’rekord nazzjonali ġdid fil-pole vault

Rekord nazzjonali ieħor miksur fl-atletika, din id-darba fil-pole vault u mill-ġdid minn Nicolai Bonello.

Wara li disa’ xhur ilu fl-10 ta’ Ġunju 2023, Bonello għamel rekord nazzjonali b’4.50 metri, fil-Marsa Athletics Ground kiser l-istess rekord meta qabeż 4.61 metri.

Sal mument meta wasal sa 4.61 metri Nicolai Bonello kien kiser ir-rekord ta’ qabel tlett darbiet.

Huwa beda b’4.30 metri, kompla għal 4.40 metri sabiex minn hemm bdiet is-sekwenza ta’ rekords miksura. Huwa qabeż 4.51 metri li sa dak il-ħin kien record miksur. Bonello għamel ir-raba’ tentattiv b’ħames ċentimetri aktar fejn tela’ għal 4.56 metri.

Nicolai Bonello fil-ħames tentattiv b’ħames ċentimetri fuq l-4.56 metri ma falliex sabiex għalaq is-serje b’4.61 metri li huwa r-rekord nazzjonali ġdid tal-pole vault għal Athletics Malta.