Roma kisbu rebħa konvinċenti fuq Cagliari bl-iskor finali jkun 4-0.
Riżultat li juri l-progress li qed tagħmel l-iskwadra taħt it-tmexxija l-ġdida tal-eks captain tat-tim Daniele De Rossi, bil-Gialorossi jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva tagħhom.
Lorenzo Pellegrini kien l-awtur tal-ewwel gowl wara biss żewġ minuti logħob, b’Paulo Dybala jirdoppja l-iskor fit-23 minuta.
L-istess Paulo Dybala reġa sab ix-xibka fil-51 minuta għat-tielet gowl tat-tim, filwaqt li l-plejer misluf minn Juventus Dejan Huijsen skorja l-ewwel gowl tal-karriera fis-Serie A fid-59 minuta u ssiġilla għal kollox ir-rebħa għat-tim tiegħu.
Il-Ġimgħa
Lecce v Fiorentina 3-2
Is-Sibt
Udinese v Monza 0-0
Empoli v Genoa 0-0
Frosinone v Milan 2-3
Bologna v Sassuolo 4-2
Il-Ħadd
Torino v Salernitana 0-0
Napoli v Verona 2-1
Atalanta v Lazio 3-1
Inter v Juventus 1-0
Illum
Roma v Cagliari 4-0