Lokali

Terremot ta’ qawwa 4.6 fuq l-iskala Richter jinħass fil-gżejjer Maltin

Diversi Matin u Għawdxin qed jgħidu ma’ Net News li dalgħodu ħassu theżżiża ta’ terremot.

Fil-fatt, għall-ħabta tat-8:15 am seħħ terremot fil-baħar Mediterran, propju ftit ‘il bogħod minn pajjiżna, fid-direzzjoni tal-Lvant, li kellu qawwa ta’ 4.6 fuq l-iskala Richter.

Dan ikkonfermatu s-sit tal-Uffiċċju tar-Riċerka u Monitoraġġ ta’ Attivita’ Siżmika fl-Università ta’ Malta.