Lokali Qorti

Ġurnata qabel ma nqatlet f’Tas-Sliema b’26 daqqa l-akkużat xtara sikkina minn supermarket

Il-mara Kolumbjana li nqatlet fl-appartament tagħha f’Tas-Sliema x-xahar li għadda qalgħet 26 daqqa tas-sikkina, liema sikkina nxtrat ġurnata qabel ma nqatlet minn supermarket f’Ħal Qormi. Il-koppja li allegatament inqatlet mill-eks sieħeb tagħha bir-relazzjoni tagħhom tmur lura fl-aħħar żmien fejn il-vittma bdiet relazzjoni ma’ raġel ieħor u hemm jidher li l-affarijiet skalaw.

Meta kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Fabian Eliuth Garcia Parada ta’ 39 sena akkużat li qatel lill-eks-sieħba tiegħu, wkoll mill-Kolumbja f’Tas-Sliema, il-Qorti ma laqgħetx talba tad-difiża li kienet qed tikkontesta l-akkuża ta’ femiċidju, u dan għax ma jistax jirrikorri għall-argument tal-“crime of passion”.

Minn naħa tagħha d-difiża nfurmat lill-Maġistrat Monica Vella li kienet se tiftaħ kawża kostiutuzzjonali fuq dan il-punt. Il-kumpilazzjoni kellha ssir filgħodu iżda l-imputat baqa ma nġibx il-Qorti, bil-Maġistrat Vella b’ton irrabjat tgħid li ma jistax ikun jiġru dawn l-episodji, fejn qalet li din mhux l-ewwel darba li akkużati mhux jinġiebu l-Qorti biex jissokktaw il-proċeduri,

Fi tmiem il-kumpilazzjoni il-Qorti ddikjarat li hemm biżżejjed provi biex l-akkużat jitpoġġa taħt att ta’ akkuża. L-ewwwel xhud kien l-Ispettur Wayne Camilleri li qal li fis-6.20am. tat-13 ta’ Jannar permezz ta’ telefonata. Kien infurmat li nstab katavru ta’ mara b’diversi daqqiet ta’ oġġett li jaqta’ u bil-ponta. Wara mar fuq il-post, fejn ix-xena tar-reat kienet preservata tajjeb.

Kompla jgħid li fl-appartament ma kien hemm ħadd u t-triq kienu laħqu għalquha. Tkellem mas-Surġent tad-Distrett mill-Għassa Sliema. Dan qallu li fis-6.15pm. daħal l-Għassa l-akkużat li kellu mobile f’idejh li fuqu kien hemm transaltion mill-Ispanjol għal Ingliż, li kienet tgħid li kien qatel lill-eks sieġba tiegħu wara argument.

Ix-xhud qal li hu kien irċieva ritratt ta’ dak li kien hemm miktub fuq il-mobile. Tenna li kien hemm problema ta’ kommunikazzjoni fil-lingwa. Infurmawh li kien ġie arrestat, fejn ingħata d-drittijiet bil-lingwa Spanjola.

L-Ispettur Wayne Camilleri qal li kien infurmat ukoll mis-Surġent li l-akkużat kellu mobile ieħor, kartiera u ċavetta tal-appartament fejn sar id-delitt. Qallu wkoll li Garcia Parada ħadhom fuq il-post li indikalhom hu stess, bl-istess ċavetta fl-indirizz ta’ 49 A Triq Sir George Borg, tas-Sliema.

Kien daħal fl-apparatment fejn kien hemm il-kamra tas-sodda u hemm sab katavru ta’ mara, mgħotti minn rasha sa saqajha bi gverta bajda. Hu kixef wiċċha u kkonferma li kien hemm il-katavru ta’ mara. Is-Surġent qal ukoll lix-xhud li l-akkużat jkellu wkoll xi qata’ f’id minnhom.

Ix-xhud ta struzzjonijiet biex ma jħalluhx jaħsel idejh u biex imur team forensiku biex jiġi fotografat u jittieħdu l-ħwejjeġ kollha u ż-żarbun li kien liebes għad-DNA. Camilleri qal li l-vittma kienet wiċċha l-fuq u li kellha diversi daqqiet minn arma li taqta bil-ponta.  

Kien hemm ħafna dmija fejn hemm il-katavru, anke fil-kuritur qabel ma tidħol għal kamra. L-identità tal-katavru sar magħruf minn dokument li kien hemm fir-residenza stess, u dan kien tal-linja card. Ftit wara mar sid il-post tal-appartament, fejn ġibdilhom l-attenzjoni kien qed jiktih lill-vittma u kien qed joqgħod hemm l-akkużat.

Team forensiku kompla jeżamina x-xena fejn instabet sikkina fil-kċina, li kienet maħsula, iżda kien hemm traċċi tad-demm fuq il-manku. Kienet ;kitchen knife’ bil-manku blue. Sabu wkoll irċevuta fuq il-post li nxtrat ġurnata qabel il-qtil, jiġifieri fit-12 ta’ Jannar, fejn inxtrat sikkina flmkien ma’ żewġ flixken imbid.

L-Ispettur Wayne Camilleri qal li fuq il-post ltaqa mal-Ispettur Michael Vella mill-Għassa ta’ Tas-Sliema li qallu li diġa kien informa lill-Maġistrat tal-Għassa u nfetħet inkjesta Maġisterjali. Fiż-żona ta’ fejn l-appartament kien hemm diversi sistemi ta’ CCTV’s, li kienu ferm importanti għall-investigazzjoni.

Wara nofs il-lejl kienet l-aħħar darba li dehret ħajja l-vittma minn cameras tas-CCTV

Ix-xhud qal li sar magħruf it-timeline vittma u tal-akkużat. Fit-12 ta’ Jannar ftit qabel it-8pm. il-vittma kienet daħlet fl-appartament. “Fid-9.20pm deheret persuna femminili, li sirna nafu min hi tidħol ukoll fl-istess appartament. Ftit qabel id-9.30pm .il-vittma deheret ħierġa magħha u bdew jistennew fuq barra”, qal ix-xhud.

Ix-xhud kompla jgħid li fid-9.39pm in-nisa daħlu f’karozza MG li kienjet taxi u telqu miż-żona fl-istess karozza. Fit13 ta’ Jannar fit-12.46am. dehret il-vittma li ġiet lura u daħlet lura fl-appartament. Dawn kienu l-aħħar movimenti fejn vittma deheret qabel ma nqatlet.

Minn CCTV’s dwar il-movimenti tal-akkużat. Fit-12 ta’ Jannar għall-ħabta tal-4.15pm hu daħal jixrtri fis-Supermarket PAVI f’Ħal-Qormi, Disgħa minuti wara deher fil-cash point iħallas għal żewġ flixken imbid u sikkina tal-kċina.

Fl-istess ġurnata fil-11.53.33sec.pm. Fabian deher dieħel fl-appartament ta’ tas-Sliema fejn seħħ il-qtil. Fit- 13 ta’ Jannar, fis-6.07.04am. deher is-suspettat ħiereġ mill-appartament u fis-6.08.37am. reġa daħal lura. Fis-6.09.52am. reġa ħareġ u mexa direzzjoni għal Triq Karm Galea u fis-6.10.30am deher miexi fi Triq Dingli u fis-6.22.47am. daħal l-Għassa.

L-Ispettur Wayne Camilleri qal li kien preżenti għall-awtopsja li saret ukoll fit-13 ta’ Jannar, il-ġurnata ta;-qtil. Din saret wara nofs inhar u ħareħ li l-vittma qalegħet 26 daqqa ta’ oġġett kompattibbli ma’ arma li taqta u bil-ponta.

Ix-xhud qal li l-Ispettur Michael Vella waqt li qed issir l-awtopsja kien qed jassisti lill-Maġistrat Inkwerenti fejn ġew mitkellma sitt persuni, li taw dikjarazzjoni bil-ġurament. Dawn kienu kollha barranin li kienu jafu lilu, lilha jew it-tnejn li huma.

Waħda minnhom kienet Marcella Rodrigues l-istess waħda li ħarġet mal-vittma lejl qabel ma nqatlet. Camilleri qal ukoll li kien konfermat li l-akkużat u l-vittma kienu joqgħoidu flimkien, u li ilhom Malta madwar sentejn. KIen ilhom mhux ħażin f’relazzjoni flimkien iżda dan l-aħħar ma kienux sew u Sandra iddeċidiet li titilqu.

Madankollu baqgħu jgħixu flimkien u dan għax tagħtu ċans li jsib post alternattiv,. Minkejja li kienu qed jgħixu flimkien ma kienux qed jorqdu fl-istess sodda. Sandra kienet qed torqod fil-main bedroom (flat b’kamra tas-sodda waħda) u Fabian kien qed jorqod fil-living room.

L-Ispettur Camilleri qal li sar magħruf ukoll li riċentament kellha sieħeb, li kien jaħdem bħala taxi driver u sar magħruf il;-fil-lejl ta’ qabel am nqatlet marret għal reception fejn iltaqgħet ma’ kollegi tagħha tax- xogħol tagħha fi stabbiliment Sliema stess.

Fl-14 ta’ Jannar l-akkużat ġie nterrogat. Hu kien iddeċieda li jagħmel użu minn avukat tal-għajuna legali, Dr. Julia Micallef Strafrace., Kien hemm preżenti interogazzjoni ix-xhud, l-Ispettur Michael Vella, l-Avukat Kicallef Stafrace u t-traduttur.

L-interogazzjoni saret permezz ta’ video recording fil-kwartietri ġenerali tal-Pulizija. Fl-ewwel biċċa kien hemm ukoll is-Supretendent Keith Arnaud. Ix-xhud qal li meta beda jurieh xi ritratti tiegħu mal-vittma qallu li kien kuntent magħha fejn kien hemm ukoll ritratt talkoppja f’Pariġi.

Meta wrieh ritratt ma ġuvni ieħor, l-akkużat dawwru wiċċu l-isfel u qallu li ma jafx min hu u lanqas irid ikun jaf, Urieh ukoll ritratt ta’ kif instabet il-vittma u staqsih għaliex qatilha. Hawn baqa’ ma wieġbux. Wara xhedu uffiċjali oħra tal-Pulizija li spjegaw kif l-akkużat kien mar l-Għassa u ta ruħu b’idejh u li f’idejh kellu żewġ mobiles, wieħed tiegħu u l-ieħor skont hu tal-eks sieħba tiegħu.

Il-Qorti urtata li ta’ spiss mhux qed jinġiebu akkużati mill-ħabs għal kawżi

Fil-bidu tas-seduta l-Qorti qalet li tqis illi din il-kawża kienet appuntata għan11.45am, u l-imputat kien notifikat għal dak il-ħin iżda l-Qorti ġiet infurmata meta l-istaff tagħha ċemplu fejn kien l-imputat kienet infurmata li dan baqa’ ma nġabx.

Konswegentement il-Qorti, il-Prosekuzzjoni u d-difiża kellhom joqgħodu jistennew biex jinġieb mill-ħabs bil-konsegwnwznza li s-smigħ beda fis-2.30pm. L-imputat ġie mistoqsi għaliex ma nġabx fil-ħin meta kien notifikat.

Tenna li t-Tnejn qalilhom – “Illum jew għada għandi l-Qorti u l-uffiċjal tal-ħabs qallu li ma jafu xejn, li l-Faċilità Korrettiva ma kellha l-ebda informazzjoni dwar dan. Il-Qorti qalet li tqis li qed ikun hemm diversi okkażjonijiet fejn imputati ma jinġabux jew ma jinġabux fil-ħin għas-smigħ tal-kawża tagħhom u minkejja l-verbal f’dan is-sens mill-Qorti fuq mhedda taż-żmien ma sar xejn mill-ħabs biex inċidenti bħal dawn ma jirrepetux ruħhom.

Il-Qorti tordna lid-Direttur tal-ħabs jispjega għaliex imputati qed ikunu assenti

Il-Qorti qalet li dan huwa t-tieni każ f’mhedda ta’ ħamest t’ijiem li ma nġabux għas-smigħ tal-kawża quddiemha imputati. Fil-każ tal-lum il-Qorti qalet li kellha tipposponi l-ħin tal-kawża, invista tal-fatt ukoll li fil-ħin appuntat għas-smigħ, id-difiża opponiet bis-sħiħ kuf ukoll l-AĠ li ddikjara li jrid jagħmel verbal dwar din is-sitwazzjoni.

Il-Qorti qalet li qed tistieden lill-istess partijiet biex jgħaddu għal verbali li jridu jagħmlu li l-Qorti ma ppermettietx ,i jsir fl-assenza tal-imputat fil-ħin appuntat għal kawża. L-AĠ esprima x-xewqa li jagħmel verbal għall eventwalita li fiha l-imputat ma jkunx inġab mill-ħabs quddiem il-Qorti.

F’dan ir-rigward l-AĠ jgħid li l-imputat kien notifikat bis-seduta tal-lum u li għal kull boun fini, x-xhieda li ġew mħarrkin kemm għas-seduta tal-lum u anke għas-seduta tal-25 ta’ Jannar. Id-difiża qalet illi tħossha aggravata mill-fatt li l-imputat f’kawża ta’ ċerta portata ma nġabx il-Qorti fil-ħin prekritt.

Qed tissoleċita lil din il-Qorti li tikkomunika mal-awtoritajiet tal-ħabs biex dan ma jerġax iseħħ. Il-preġudizzju jinħoloq mhux biss lill-partijiet imma anke, x-xhieda li jridu jskontaw għal sigħat twal jistennew fil-kuritur.

Il-Qorti qalet li qed tagħmilha ċara li l-imputat inġab biss għal din is-seduta fuq inizzjativa tal-Qorti stess wara li l-istaff tagħha ġie nfurmat li l-imputat ma nġabx il-Qorti. Il-Q tordna komunika lid-Direttur inkarigat mill-Faċilità Korretiva ta’ Kordin sabiex fis-seduta li jmiss u jagħtu spjegazzjoni għal dawn in-nuqqasijiet li sforuntament qed ikun spissi minn naħa ta;-Faċilità f’diversi proċeduri Kriminali inkluż din tal-lum. Il-każ ikompli fit-13 ta’ Marzu fil-11.30am.

L-avukati Frank Anthony Tabone, Jacob Magri u Arthur Azzopardi se jirrappreżentaw il-familja tal-vittma. Id-Difiża, hi komposta mill-avukati Josè Herrera, Yanika Bugeja u Matthew Xuereb. L-Avukati Ramon Bonnet Sladden u Kaylie Bonnet qed imexxu l-prosekuzzjoni mgħejjuna mill-Ispetturi Wayne Camilleri u Michael Vella.