Il-Yachting Malta Birżebbugia Sailing Club International Regatta organizzata minn Birzebbugia Sailing Club, saret taħt l-awspiċji tal-Malta Sailing Federation bl-appoġġ ta’ Yachting Malta.
Fir-raba’ edizzjoni ħadu sehem 100 parteċipant minn 9 pajjizi fosthom mis-Slovenja, l-Olanda, iBulgarija, il-Ġappun, il-Ġermanja, it-Tajikistan, il-Litwanja, it-Turkija, u Malta.
Filwaqt li l-kundizzjonijiet tat-temp ippermettew lill-flotot ILCA u Optimist li jtellqu kuljum, kienet sfida għall-uffiċjali tat-tellieqa, Miguel Amaral (Klassi Optimist) u Bojan Gale (Klassi ILCA), li addattaw għaċ-ċirkostanzi ta’ klima.
ILCA 4: Timmy Vassallo ta’ Malta Young Sailors Club rebaħ b’vantaġġ sostanzjali fuq Laidon Buhagiar, ta’ Birżebbugia Sailing Club u Harry Fairbairn wkoll mill-Malta Young Sailors Club.
ILCA 6: Fl-ewwel żewġ postijiet Benjamin Vassallo u Matthew Debono it-tnejn ta’ Malta Young Sailors Club b’Lacey Aquilina ta’ Birżebbugia Sailing Club fit-tielet post.
ILCA 7: Suċċess għal Birzebbugia Sailing Club bl-ewwel tlett postijiet permezz ta’ Shaun Aquilina, Crispin Peresso u Julian Elwood.
Optimist Beginner: Dominju minn Birżebbugia Sailing Club permezz ta’ Jeremy Decelis, Ella Grech u Juanita Darmanin.
Optimist Cadet: Dominiata minn parteċipanti barranin mirbuħa minn Villiam Osipovs, mit-Tajikistan qabel Emir Tombuloglu u Inic Gulsoy – it-tnejn ta’ Galatassaray.
Optimist Senior: Andrei Zhakov ta’ Birżebbuġia Sailing Club rebaħ fuq Jonas Micallef ta’ Royal Malta Yacht Club u Matthias Spiteri ta’ Malta Young Sailors Club.
//= $special ?>