Internazzjonali

Il-Ġappun: Tirriżenja minn Reġina tas-Sbuħija fost l-iskandlu dwar relazzjoni ‘ipprojbita’

Mara mwielda l-Ukrajna u li rebħet il-konkors tas-sbuħija ta’ Miss Japan tinsab fiċ-ċentru ta’ furur sħiħ wara li rapport f’gazzetta żvela li hi għandha relazzjoni ma’ raġel miżżewweġ – li hu tabib kif ukoll influencer fuq il-media soċjali.

Intant, Karolina Shiino, ta’ 26 sena, irriżenjat minn Miss Japan wara li rebħet il-kuruna proprju ġimgħatejn ilu…Rebħa li wkoll ħolqot il-kontroversja minħabba li Shiino mhix ta’nisel Ġappuniż.

Fl-aħħar jiem kien hemm diversi dibattiti bejn in-nies li appoġġjaw ir-rebħa tal-Ġappuniża naturalizzata u oħrajn li insistew li Shiino ma tirrappreżentax l-ideal tas-sħubija tradizzjonali fil-Ġappun. Iżda l-vera furur hu dovut għall-artiklu fil-gazzetta Shukan Bunshun dwar ir-relazzjoni tal-mara mat-tabib — li min-naħa tiegħu ma kkummentax fil-pubbliku.

U waqt li l-organizzaturi tal-konkors Miss Japan, għall-bidu, iddefendew mil Karolina Shiino, huma, issa, żvelaw li hi kienet taf  mill-bidunett li r-raġel li għandha relazzjoni miegħu hu miżżewweġ, minbarra li għandu wkoll familja,

Ir-rapporti qalu, issa, li Shiino talbet skuża talli ‘qarrqet bis-sitwazzjoni tagħha’ u bl-organizzaturi tal-Miss Japan jaċċettawlha r-riżenja.