Lokali

Imut l-eks membru tal-management tal-Kummissjoni Elettorali Louis Fsadni

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-eks membru tal-Kummissjoni Elettorali Louis Fsadni – storiku, riċerkatur u awtur illi ħadem ħafna anke fis-settur tal-futbol lokali.

F’Diċembru tal-2022, Louis Fsadni kien ingħata Ġieħ ir-Repubblika għas-servizz tiegħu. Fost l-oħrajn kien rikonoxxut għat-tmexxija ta’ riformi importanti fil-Kummissjoni Elettorali. Dan apparti is-servizz li ta fl-Istamperija tal-Gvern.

Fil-fatt, Fsadni jibqa’ imfakkar bħala pilastru għall-proċess elettorali f’diversi elezzjonijiet passati, u dejjem kien figura ċentrali fis-Sala tal-Għadd tal-Voti.

Louis Fsadni twieled il-Birgu f’Awwissu tal-1941. Hu kien irtira fl-2002, meta kien Direttur tal-Istamperija tal-Gvern.