Futbol Sport

Tazza tal-Asja: Il-Ġordan għall-ewwel darba fil-finali

Il-Ġordan għall-ewwel darba fil-finali tat-Tazza tal-Asja wara li għelbu lill-Korea T’Isfel bl-iskor ta’ 2-0. Il-Ġordan fetħu l-iskor fit-53 minuta meta Mousa Suleiman għadda lejn Yazan Al-Naimat li tefa’ fix-xibka għal 1-0. Fis-66 minuta huma rdoppja meta din id-darba kien Mousa Suleiman li kkonkluda fix-xibka għal skor finali ta’ 2-0.

Ilbieraħ: Ġordan v Korea t’Isfel 2-0
Illum: Iran v Qatar 4.00pm