Żagħżugħa ta’ 28 sena kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.
Il-każ seħħ fis-0730 tat-Tlieta filgħodu fi Vjal De Paul meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn il-karozza misjuqa mi-żagħżugħa residenti l-Mellieħa u vettura minn żagħżugħ ta’ 20 sena minn Birkirkara.
Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija, kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif kawża tal-impatt il-karozza tal-mara, tal-għamla Volkswagen Up – ħadet in-nar…liema nirien ġew ikkontrollati grazzi għall-intervent pront tal-pumpiera.
Intant, tim mediku tal-ambulanzi li ġie msejjaħ fil-post ħa liż-żagħżugħa l-isptar għal aktar kura bil-kundizzjoni tagħha għadha waħda pendenti.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.
//= $special ?>