Internazzjonali Lokali

Bernard Grech jiltaqa’ mal-Ambaxxatriċi tal-Awstrija

Matul il-jum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech laqa’ lill-ambaxxatriċi tal-Awstrija fid-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalista.

Fil-laqgħa ma’ Erika Bernhard, huma iddiskutew ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Awstrija.

Dan filwaqt li issemmiet l-importanza li l-Partit Nazzjonalista, bħala Gvern alternattiv, jkollu relazzjonijiet sodi mal-pajjiżi Ewropej – fosthom mal-Awstrija.

Matul il-laqgħa, issemma’ l-fatt li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Awstrija huma ferm b’saħħitom… relazzjoni li bdiet kważi 60 sena ilu.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll Beppe Fenech Adami, ix-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, u Beppe Galea, is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista.

Ritratt: Matthew Tabone