Chelsea għaddew għar-rawnd li jmiss b’rebħa meritata fuq Aston Villa bl-iskor finali jkun 3-1.
Conor Gallagher skorja l-ewwel gowl tal-Blues wara 11-il minuta logħob minn assist ta’ Madueke, segwit minn gowl għaxar minuti wara ta’ Nicolas Jackson.
Il-Blues komplew ikabbru l-iskor fll-54 minuta permezz tal-midfielder Enzo Fernandez, b’Aston Villa jiskorjaw gowl ta’ konsolazzjoni fil-91 minuta permezz ta’ tentattiv baxx minn barra l-kaxxa ta’ Moussa Diaby mill-korner ta’ Jacob Rmasey.
Intant, fil-partita l-oħra Nottingham Forest ukoll ikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss, madankollu kellhom jissieltu iżjed għall-kwalifikazzjoni hekk kif għelbu lil Bristol City wara l-għoti tal-penalties.
Divock Origi kien l-awtur tal-ewwel gowl tal-partita, biex tefa’ lit-Tricky Trees fil-vantaġġ wara 8 minuti logħob, b’ Jason Knight jagħmel l-iskor indaqs wara ftit minuti.
L-ebda gowl għall-kumplament tad-90 minuta, biż-żewġ timijiet imorru għal ħin barrani u sussegwentament għall-għoti tal-penalties.
Il-penalties skorjati għal Nottingham waslu min Morgan Gibbs-White, Callum Hudson Odi, Neco Williams, Moussa Niakhate u Taiwo Awoinyi.
Il-penalties skorjati għal Bristol waslu minn Harry Cornick, Nahki Wells u Anis Mehmeti, b’ Sam Beli jfalli tiegħu.
RABA’ RAWND
It-Tlieta
Coventry V Sheffield Wed 4-1
Plymouth A. v Leeds U. 1-4
Southampton v Watford 3-0
Illum
Nottingham v Bristol C. 1-1 (5-3)
A. Vila v Chelsea 1-3