Ryan Callus, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-gvern Malti suppost iddefenda lill-bdiewa Maltin fl-UE iżda naqas.
Ryan Callus qal li l-junction ta’ Ħal Qormi magħrufa bħala ‘Tal-Imgħallaq’ għandha diversi problemi iżda minkejja dan, hu evidenti li l-gvern hu maqtugħ mir-realtà. Hu appella biex il-problemi f’din iż-żona jkunu indirizzati b’mod immedjat.
Hu tkellem dwar il-korsa taż-żwiemel fil-Marsa u qal li l-PN kien ivvota favur li din tingħata lill-privat għat-tmexxija iżda ma sar assolutament xejn. Id-deputat Nazzjonalista qal li minkejja li l-PN ma kienx konvint mill-proġett, ried jagħti l-opportunità u l-ispazju beix dan il-proġett isir. Minkejja li għaddew is-snin, baqa’ ma sar xejn fejn il-korsa għadha l-istess.
Ryan Callus semma’ l-junction ħdejn iċ-ċimiterju fis-Siġġiewi u qal li t-titjib li se jsir se joħloq inċidenti. Ma jistax ikun li Infrastructure Malta mhijiex tikkonsoluta mal-kunsilli lokali u mar-residenti fuq dawn il-proġetti; jekk dan sar allura l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħa pożizzjoni skorretta.
Id-Deputat Nazzjonalista tkellem ukoll dwar il-biedja u qal li l-bdiewa għandhom ikunu ammirati. Il-biedja ma tistax tittieħed b’mod garanti u għalhekk il-bdiewa għandhom jingħataw l-għajnuniet kollha. Hu qal li l-bdiewa Maltin ħarġu jipprotestaw minħabba deċiżjonijiet fl-UE meta suppost kien hemm il-gvern Malti li qabeż għalihom. Il-gvern għandu jiġġieled verament għall-bdiewa Maltin għliex dawn qed isibu l-isfida minn swieq minn barra l-UE.
Jeħtieġ li kulħadd djifhem li l-pajjiż ma jistax jiddependi bisss fuq l-importazzjoni tal-prodoti agrikoli.