Graziella Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista qalet fl-Aġġornament tal-parlament li minkejja d-diskors kollu tal-Prim Ministru li qal li hu viċin il-bdiewa, fil-verità l-gvern sema’ lill-bdiewa wara li dawn għamlu l-protesta.
Hi qalet li l-prodott Malti qed ikun ikkastigat bl-iskema tal-gvern għaliex ma ddaħħalx fl-iskema li fiha se jorħsu xi prezzijiet ta’ xi prodotti importati. Il-gvern għandu jagħti widen lill-bdiewa biex il-bdiewa jkunu stmati.
Graziella Galea tkellmet dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-karnival u sostniet li sal-2023 kien hemm 1,862 għaqda volontarja b’eluf ta’ volontiera. Il-karnvial hu xempju ta’ dan.
Hi sellmet il-memorja ta’ Pawlu Curmi ‘Il-Pampalun’ u qalet li din is-sena se jinħass in-nuqqas ta’ dan il-persunaġġ tant marbut mal-karnival. Il-PL kien wiegħed li se jagħmel Villaġġ tal-Karnival iżda dan għadu ma bediex fejn il-gvern għandu lanqas għamel l-applikazzjoni għall-fondi.