L-eks Prim Ministru u President Emeritu ta’ Malta, Eddie Fenech Adami għalaq 90 sena.
Bosta kienu dawk li f’dawn il-jiem wasslu lill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista l-awguri tagħhom u għomor twil filwaqt li rringrazzjawh ta’ dak kollu li għamel magħhom u għal pajjiżna.
L-Erbgħa filgħodu għamel iż-żjara tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li kien akkumpanjat mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione kif ukoll mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino.
Għamlu żjara wkoll l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-eks Ministri Louis Galea, Austin Gatt u Francis Zammit Dimech kif ukoll l-eks Segretarju Parlamentari Nazzjonalista Antoine Mifsud Bonnici.
Bernard Grech stqarr li jum bħal dan huwa opportunita sabiex il-poplu jwasslu messaġġ ta’ gratitudni lill-Eddie Fenech Adami dan filwaqt li qal li Eddie Fenech Adami ħoloq ħafna opportunitajiet għaż-żgħażagħ ta’ dak iż-żmien u li pajjiżna għadu jgawdihom sal-lum il-ġurnata.
//= $special ?>