Lokali

ILLUM: Programmi speċjali fuq Net TV u Net FM

Inizjattiva li matulha se jinġabru fondi biex il-PN ikompli jsaħħaħ il-vuċi tiegħu

Minn kmieni filgħodu, fuq Net FM ingħata bidu għal ġurnata sħiħa ta’ xandiriet illi matulhom qed tingħata tislima xierqa lill-President Emeritu u eks Prim Ministru ta’ Malta Eddie Fenech Adami li llum jagħlaq 90 sena.

Fuq Net Television, imbgħad, se jibda programm speċjali wara l-aħbarijiet tas-6pm.

Waqt dan il-programm se jipparteċipaw diversi eks Ministri u eks deputati li tul is-snin ħadmu ma’ Eddie Fenech Adami f’diversi gvernijiet li mexxa. U għall-ħabta tas-7pm ikun hemm intervent anke mill-Kap tal-PN Bernard Grech.

F’din ix-xandira, Net TV se jwassal ukoll bosta filmati u features illi żgur se jqanqlu ħafna memorji mill-isbaħ.

Apparti minn hekk, l-inizjattiva se sservi wkoll sabiex jinħabru fondi ħalli l-PN ikompli jsaħħaħ il-messaġġ tiegħu qabel l-elezzjonijiet importanti ta’ Ġunju li ġej. F’dawn l-elezzjonijiet, pajjiżna irid jeleġġi mhux biss il-membri tal-Kunsilli Lokali iżda anke l-MEPs li se jkunu qed jirrapreżentawna fil-Parlament Ewropew – it-tnejn li huma, kisbiet li huma marbuta mal-istorja politika ta’ Eddie Fenech Adami, illi kien katalista biex twaqqfu l-Kunsilli u biex dħalna fl-UE.

In-numri għad-donazzjonijiet:

  • 5160 2003 – €10
  • 5180 2011 – €25
  • 5190 2050 – €50
  • SMS 5061 8928 – €6.99
  • Pledge line – 2596 5224
  • BOV Mobile 7710 5905