Internazzjonali

L-Ingilterra: L-ebda ħelsien mill-priġunerija għall-kantant Gary Glitter

Il-kantant Gary Glitter, li kellu popolarità kbira fis-snin sebgħin, se jinżamm il-ħabs fuq deċiżjoni tal-Parole Board li fost oħrajn insista li hu ma ħa sehem fl-ebda programm intiż biex jindirizza l-inklinazzjonijiet għall-abbuż sesswali.

Gary Glitter – ismu proprju Paul Gadd – fl-2015 kien weħel 16-il sena ħabs talli abbuża lil tlett tfajliet tal-iskola bejn l-1975 u l-1980.
Il-kantant, li għandu 79 sena, fil-fatt kien inħeles mill-ħabs fi Frar tas-sena l-oħra, iżda reġa’ spiċċa f’ċella ġimgħat wara talli kien kisier il-kundizzjonijiet għal-libertà, Il-bord li kunsidra l-appell tal-kantant qal ukoll li hu kien nieqes mill-empatija għall-vittmi tiegħu u meta għadu sallum periklu għas-soċjetà.

Glitter kien sar famuż b’kanzunetti bħal I’m the Leader of the Gang (I am), Always Yours, Remember Me This Way, Doing Alright With the Boys, I Love You Love Me Love u Rock and Roll Part 2.