Eve Borg Bonello, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello qalet fil-Parlament li tant it-tibdil fil-klima mhux jingħata prijorità li jirriżulta li Malta għandha l-ogħla dipendenza fuq sorsi ta’ enerġija li jniġġsu fl-UE.
Eve Borg Bonello qalet li l-gvern dam ħames snin biex jaġixxi u ħa passi biss wara l-qtugħ tad-dawl fis-sajf li għadda. Hi fakkret li din il-proposta kienet fil-programm elettorali tal-PN fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Jeħtieġ li tingħata l-informazzjoni neċessarja biex tkun tista’ tinbena l-istrateġija.
Kull ministeru għandu jkollu uffiċjal iffukat fuq it-tibdil fil-klima. Huma l-entitajiet tal-gvern li għandhom l-aktar ħtija u responsabbiltà fil-kuntest tat-tibdil fil-klima.
Hi appellat biex l-Awtorità tissaħħaħ u biex ikun hemm ħidma koordinata biex il-klima u l-ambjent jingħataw prijorità. Jirriżulta li Malta għandha l-ogħla dipendenza fuq sorsi ta’ enerġija li jniġġsu, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li insistiet biex ma jkunx hemm ripetizzjoni tal-problemi li kien hemm fis-sajf li għadda minħabba l-qtugħ fid-dawl.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-Awtorità għandha tkun f’pożizzjoni li tkabbar il-miri tagħha għaliex il-pajjiż għandu jagħmel iktar dwar it-tibdil fil-klima.
//= $special ?>