Futbol Sport

Mġarr iwettqu sorpriża u jeliminaw lil Santa Lucia

SANTA LUCIA……………….3(6)
MGARR UNITED…………..3(7)

Mgarr United wettqu sorpriża meta għelbu lil Santa Lucia f’partita missielta li rat iż-żewġ timijiet jaslu sal-għoti tal-penalties, bl-iskor finali wara l-ħin barrani jkun 3-3, b’ Mgarr United jirbħu bil-penalties bl-iskor ta’ 6-7.

Mgarr United li bħalissa jokkupaw it-tieni post fl-Izibet Amatuer League Grupp B għelbu lit-tim tal-BOV Premier wara prestazzjoni qalbiena biex għaddew għall-kwarti finali.

Mgarr fetħu l-iskor l-ewwel wara 38 minuta permezz ta’ Christian Saint Ebsindor li xeħet ġewwa b’daqqa ta’ ras, b’ Santa Lucia jagħmlu l-iskor indaqs fil-55 minuta permezz ta’ Lucas Sena Silva.

Mgarr għal darb’oħra ħadu l-vantaġġ fid-79 minuta permezz tas-sostitut Joseph Paul Zammit.

Santa Lucia kisbu l-gowl tad-draw u ħadu l-partita għal ħin barrani fid-93 minuta permezz tas-sostitut Carlos De Oliveira.

Kienu Santa Lucia li skorjaw l-ewwel fil-ħin barrani b’ Aleksa Mrdja jsib ix-xibka, pero Mgarr United ma qatawx qalbhom u urew resistenza kbira biex għamlu l-iskor indaqs għal darb’oħra permezz ta’ konklużjoni tal-istess Joseph Paul Zammit, bil-partita tmur għal għoti tal-penalties u Mgarr jgħaddu għall-kwarti finali b’rebħa drammatika.

SLIEMA WANDERERS………….1
BALZAN……………………………0

Fl-Istadium Nazzjonali, tkompla l-istaġun tajjeb ta’ Sliema Wanderers hekk kif wara partita missielta huma għaddew għall-kwarti finali b’rebħa minima ta’ 1-0 fuq Balzan, bil-gowl ta’ Joseph Minala jiddetermina l-partita fil-117-il minuta, wara li l-ewwel 90 minuta spiċċat bla gowls.

GŻIRA UNITED………….………1
HIBERNIANS…………………….0

Gżira United kisbu rebħa minima imma importanti għall-istaġun fuq Hibernians biex ikkwalifikaw għall-kwarti finali.
Kien il-gowl ta’ Thaylor Aldama li ta r-rebħa lil Gżira wara nofsija logħob.

IZIBET FA TROPHY
L-AĦĦAR SITTAX
It-Tlieta

Birkirkara v Sirens 1-0
Mosta v Valletta 2-1
Centenary Stadium
Floriana v Żebbuġ R. 7-1
Marsaxlokk v Swieqi U. 3-0
lbieraħ
Stadium Nazzjonali
Gżira U. v Hibernians 1-0
Sliema W. v Balzan 1-0
Centenary Stadium
Sta. Lucia v Mgarr U. 3-3 (6-7)
Illum
Centenary Stadium
Ħamrun S. v Gudja U. 8:15pm