Futbol Sport

Peter Fenech kandidat għal Viċi President tal-MFA

Il-President ta’ Lija Athletic Dr Peter Fenech ħabbar li ppreżenta n-nomina tiegħu għall-kariga ta’ Viċi President tal-Malta Football Association.

Fenech diġa’ serva f’din il-kariga bejn l-2007 u l-2010, u ilu fit-tmexxija ta’ Lija Athletic sa mill-2018. Dan apparti li hu membru tal-Bord Eżekuttiv tal-MFA, kif ukoll kien konfermat bħala President taċ-Challenge League Standing Committee.

Fenech hu l-ħames kandidat sa issa, minbarra l-Viċi Presidenti attwali Adrian Casha u Matthew Paris, kif ukoll Dana Farrugia u Pierre Miceli.